L-ewwel logħba mingħajr gowls fil-Euro, u logħba missielta f’nofs il-grawnd. Logħba li żżomm lill-Ġermanja u l-Polonja t-tnejn b’4 punti fil-quċċata tal-klassifika.
Ta’ min jgħid li f’din il-partita kien il-benjamin Juventin Khedira li kellu logħba tajba fl-irwol tiegħu tas-soltu f’nofs il-grawnd li jisraq il-blalen minn ħalq l-avversarju.
Madankollu, xogħol Khedira ma kienx biżżejjed biex il-Ġermanja jirbħu u għalhekk iridu jistennew il-logħba li jmiss kontra l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jaċċertaw ruħhom biex isibu posthom mal-aħħar 16.
Ħalli Kumment