L-inkjesta dwar l-ultras: X’qed jiġri verament?
Bħalissa fl-Italja għaddejja investigazzjoni dwar ir-relazzjoni bejn Juventus, il-bagarini (sorsi mhux uffiċjali li jbigħu l-biljetti bi profitt) u l-ultras, li wħud minnhom instab li għandhom konnessjonijiet mal-mafja.
L-akkużi huma li diriġenti ta’ Juventus, biex jiżguraw li jkun hemm l-ordni fil-grawnd u jevitaw il-ġlied, allokaw ammont ta’ biljetti lill-ultras biex dawn tal-aħħar jagħmlu l-qligħ minn fuqhom.
Juventus diġà ħabbru li qed jikkollaboraw mal-ġustizzja sportiva biex jiżguraw li l-investigazzjoni twassal għall-verità. Tant hu hekk li diriġenti ta’ Juventus se jidhru quddiem il-Kummissjoni Antimafia fis-7 ta’ Frar li ġej.
Jekk jinstab li d-diriġenti ta’ Juventus kellhom “relazzjoni perikoluża” ma’ ultras Mafjużi, anke jekk ma kienu jafu xejn dwar dan, dawn jirriskjaw differiment, li jwassal għal xhur ta’ inibizzjoni, inkluż għal Andrea Agnelli.
Agnelli nnifsu diġà għamilha ċara li hu mhux infurmat dwar dan, u ta’ min jiċċara wkoll li dawn l-akkużi m’għandhom l-ebda rilevanza penali.
Madankollu, jingħad li Juventus, minflok se jagħżlu li titħallas somma ta’ madwar €50,000, biex b’hekk ma jkunx hemm il-bżonn li jmorru għall-proċess jew jirriskjaw xi penali fil-konfront tad-diriġenti.
Iżda minn dan kollu, Juventus mhux jissugraw penalizzazzjoni ta’ punti.
Sors: La Repubblica
Ħalli Kumment