Il-President ta’ Exor, John Elkann, kompla jitfa’ l-melħ fuq il-ferita, meta b’mod ironiku qal li l-Interisti suppost draw jitilfu.

“Naqbel ma’ Marotta dwar il-kapaċità ta’ Inter li ma jafux jaċċettaw telfa, avolja suppost issa draw. Din is-sitwazzjoni hi pjuttost inkredibbli,” iddikjara Elkann, fost it-tbissim tal-ġurnalisti.

Kompla li hu kien preżenti għal-logħba li ddeskriva bħala waħda sabiħa fejn anke Inter lagħbu tajjeb. “Jiddispjaċini li wara logħba sabiħa bħal din, li fiha Juventus kien ħaqqhom jirbħu għax lgħabna aħjar, kien hemm bżonn ta’ sensiela ta’ polemiċi.”

John Elkann kien qed jattendi għall-inawgurazzjoni ta’ esebizzjoni fid-dawl tal-150 sena mit-twaqqif tal-ġurnal La Stampa.

dical-banner-1200×280

Sors: La Gazzetta dello Sport