Dis-sena tidher biċ-ċar li ħa tkun is-sena ta’ Alex Sandro wara li għal darb’oħra reġa’ kellu logħba tajba ħafna. Sena mimlija konsistenza kull meta jilgħab Alex Sandro. Konsistenza li, madankollu, mhux dejjem toffri posittività.
Bħal kull laterali Brażiljan modern ieħor, Alex Sandro huwa Mr Hyde fil-fażi difensiva. Dis-sena, madwar 5 gowls li ġew skurjati kontra Juventus, ġew minn żball ta’ Alex Sandro speċjalment fil-marking jew fil-pożizzjoni tiegħu fil-grawnd.
IMMA, fil-fażi offensiva, Alex Sandro qed ikun uniku, qed ikun l-iktar plejer li qed jagħmel differenza fil-fażi tal-attakk (flimkien ma’ Cuadrado).
Wara Traoré, De Ceglie, Grosso u iktar flops fuq il-linja tax-xellug, il-€25 miljun minfuqa fuq Alex Sandro huma skont kbir fid-dinja tal-futbol modern.
Alex Sandro m’għandu qatt jitħalla bħala difensur pur għax jgħallina. Il-players l-oħra jridu jgħinuh. Naf li dan mhux possibli jsir dejjem. Bħala attakkant huwa daqs l-aqwa wing.