Buffon- 6.5 – Ma tantx kellu x’jagħmel tul il-partita ħlief għal xutt ta’ Pucciarelli fl-24 minuta.

Rugani- 7 – Prestazzjoni attenta min-naħa tiegħu kontra l-ekstim tiegħu.

Barzagli- 6.5 – L-ewwel darba fil-pożizzjoni ta’ Bonucci bħala 2nd Playmaker. Kemxejn inċert fil-bidu tal-partita però mal-ħin kien is-solitu Barzagli.

Chiellini- 6 –
Daħal tajjeb wara l-injury li kellu f’difiża kompatta u organizzata. Ħareġ wara 62 minuta bi problema muskolari.

Cuadrado- 6 – Daħal minflok Chiellini. Qlibna bil-formazzjoni 4-4-2. Ġirjiet mal-linja ftit li xejn però ma kienx is-solitu Cuadrado.

Lichtsteiner- 6 – Logħba bla waqfien tul il-linja kollha. Xutt tajjeb fl-10 minuta.

Pereyra- 5.5 –
Partita kwieta. L-agħar wieħed mill-ħdax. M’attakkax l-ispazji tajjeb u tilef blalen importanti. Nuqqas ta’ logħob minħabba injuries li bata tul l-istaġun kollu.

Marchisio- 6.5 – Personalità bħal dejjem. Ma żbaljax passaġġi. Irkupra blalen importanti. Il-ħajt ta’ qabel id-difiża.

POGBA- 7.5 – L-aqwa wieħed fil-grawnd. Kwalità fenomenali bil-ballun f’saqajh. Pass eċċellenti lejn Mandžukić għall-uniku gowl tal-partita. Kellu ċans jirdoppja minn azzjoni personali.

Evra- 6 – Perfett fl-ordni tattika u fl-ordni difensiva. Fil-fażi tal-attakk ma tantx kien effettiv.

Morata- 7 – It-tieni l-aħjar fil-formazzjoni Juventina. Xutt spettakolari fit-23 minuta li jolqot il-mimduda. Il-fiduċja li qed tintwera fih qed tħalli l-frott. Kull azzjoni tiegħu tfisser periklu għad-difiża ta’ Empoli. Ġirjiet intelliġenti minn wara d-difiża. Kien ħaqqu l-gowl.

Mandžukić- 6.5 – Bħas-soltu ħidma bla waqfien kemm bil-ballun kif ukoll mingħajr ballun. Il-gowl deċisiv tal-partita wasal minnu. Lagħab 66 minuta.

Zaza- 6 – Daħal minflok Mandžukić. Aggressività li ġieli tkun eċċessiva. Skorupski jwaqqfu fl-aħħar minuti tal-partita milli jiskurja d-9 gowl bil-flokk Juventin.

Allegri- 6.5 – Jaddatta t-tim kull logħba anke meta fit-tim ikun hemm neqsin plejers importanti bħal Bonucci.