Iktar partitarji Juventini li jmexxu profili foloz u intiżi biss biex jaqbdu mal-avversarji qed jirnexxilhom iqarrqu b’paġni mmexxija minn partitarji ta’ Manchester United.

Fl-aħħar jiem MUTD Daily fuq Twitter qalet li l-ġurnalist Massimo Di Culo, li ma jeżistix, ikkonferma li l-plejer Franċiż se jingħaqad ma’ Manchester United. Il-profil MUTD Daily spiċċa ngħalaq tant spiċċa fil-mira ta’ żebliħ.

Iżda wara Di Culo kien imiss ukoll lil Fabio Fica, li suppost hu ġurnalist ta’ La Stampa, u saħansitra anke Domenico di Cazzo li lkoll għandhom kunjomijiet offensivi, u mhux b’kumbinazzjoni.

Sors: The Sun

LayerSlider encountered a problem while it tried to show your slider.Please make sure that you've used the right shortcode or method to insert the slider, and check if the corresponding slider exists and it wasn't deleted previously.