Tiftakru meta Juventus lagħbu kontra Sassuolo barra minn darhom u tilfu 1-0 b’gowl ta’ Sansone?

Min jaf kemm kien hawn minnkom li kellhom il-moral baxx?
Min jaf kemm hawn minnkom li bdew iwaħħlu f’Allegri?
Min jaf kemm hawn minnkom li kienu ġa bdew jimmissjaw lil Pirlo, Tevez, Vidal, Coman u Llorente?

Tiftakru kemm kien hemm nies li marru jixtru l-mazez tal-fjuri biex iġibuhom magħhom u jitfgħuhom fuq l-artal waqt il-quddiesa tal-funeral tagħna?

19-il logħba wara u r-rebħa tal-ġimgħa b’gowl a la Del Piero minn Dybala. Minn dak iż-żmien qishom għaddew is-snin. Qisu l-medju evu tal-kampjonat.

Sadanittant, dawk kollha li kienu lesti bil-fjuri marru lura f’darhom u tefgħu il-fjuri f’vażun fuq il-mejda tal-ikel, biex mingħalihom isebbħu d-dar.

Sadanittant illum ħafna minna rnexxielna ngħaddu tmiem il-ġimgħa mal-ħbieb jew familja u nħallu lil ħaddiehor jinħaleb u jinkedd biex jipprova jiggranfa xi punt ‘l hawn u ‘l hemm.

Għax issa fil-kampjonat Taljan, jekk tiġi t-tielet jew tikkwalifika biex tmur tilgħab ma’ timijiet li lanqas tkun taf tispelli isimhom, sar suċċess. Patetiċi.

Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.