Paul Pogba. L-isem fuq fomm kulħadd bħalissa fis-suq tat-trasferimenti. Manchester United protagonisti b’rabta ma’ dan it-talent Franċiż. Somma kbira mistennija tiġi offruta fil-ħin li ġej. U Pogba x’se jagħmel? Jekk jitlaq hu, min jiġi?

Int lil min iġġib floku? Tinvesti f’midfielder biss? Jew tarma skwadra iżjed kompetittiva?

Andrè Gomes u Nemanja Matić huma fost il-ħafna li Juventus mistennija jitolbu għall-akkwist tagħhom. Żewġ talenti kbar u promettenti ħafna li l-Ewropa kollha qed issegwihom mill-viċin ħafna.

Però wieħed waħdu ma jiswiex €120 miljun. Allura l-flus li jibqa’ fiex se jiġu investiti? F’Gonzalo Higuaín, Karim Benzema, Alexis Sánchez jew xi plejer ieħor? Jew forsi s-sostitut ta’ Pogba huwa Miralem Pjanić?

Ħafna domandi li kulħadd qed isaqsi, li jafuhom biss Marotta u Paratici. Żgur mhux forsi li jekk Pogba jħalli Turin, se jħalli warajh qligħ kbir. €120 miljun huwa rekord mondjali, flus li jistgħu jiġu rrifjutati.

Ftit iktar minn xahar bogħod għal tmiem is-suq tat-trasferimenti … X’se jiġri?

dical-banner-1200×280