Il-Belġjani qamu sew għall-okkażjoni wara t-telfa kontra l-Italja u s-Sibt rebħu 3-0 lill-Irlanda b’doppjetta ta’ Romelu Lukaku u Axel Witsel.

– Din kienet l-ewwel logħba bejn il-Belġju u l-Irlanda sa minn Novembru 1997.
– Il-Belġju huma mingħajr telfa fl-aħħar 7 logħbiet kontra l-Irlanda.
– L-Irlanda fallew milli jirbħu mqar waħda mill-aħħar 7 logħbiet fil-fażi finali tal-EURO. L-aħħar rebħa tagħhom kienet kontra l-Ingilterra fl-1988.
– Sa din il-logħba, nofs il-logħob ta’ din l-edizzjoni tal-EURO kienu fuq skor ta’ 0-0 sa tmiem l-ewwel taqsima.
– Romelu Lukaku skurja f’5 mill-aħħar 6 logħbiet għall-Belġju.
– Lukaku hu l-ewwel Belġjan li skurja doppjetta f’turnew wara Marc Wilmots fl-1998 kontra l-Messiku.
– Kevin De Bruyne kellu sehem f’10 gowls fl-aħħar 10 logħbiet li lagħab għall-Belġju.
– Il-gowl ta’ Axel Witsel kien l-ewwel wieħed tiegħu għall-Belġju sa minn Settembru 2014 kontra l-Awstralja (653 ġurnata ilu).
– Din kienet l-ewwel darba sa mit-Tazza tad-Dinja tal-1994 (dakinhar kontra n-Norveġja) li l-Irlanda ma tawx xutt wieħed lejn il-lasta f’turnew.
– Ir-rebħa ta’ 3-0 għall-Belġju kienet l-ikbar waħda għalihom f’turnew maġġuri sa minn rebħa identika kontra El Salvador fl-1970.