Bix-xnigħat persistenti tat-trasferimenti li jkomplu, jiżvolġu f’mistoqsijiet kbar. X’se jiġri mis-sitwazzjoni ta’ Gonzalo Higuaín? Se jasal jitlaq Napli biex imur f’Turin? Iddejjaq ma jirbaħ xejn? Paġna ġdida? U l-Kroat Pjaca destinat għal Turin? Fuq din hemm tweġiba ħafifa: iva, hekk jidher.

€94 miljun hija l-klawżola tal-attakkant fenomenali Arġentin u ta’ Napoli, Gonzalo Higuaín, u Juventus jidher li huma interessati ferm fil-firma tal-attakkant.

Attakkant li skurja iktar minn 30 gowl matul l-istaġun li għadda. Attakkant impressjonanti li bħalissa kull Juventin qed jimmaġinah fuq quddiem flimkien mal-ġojjell, Paulo Dybala. Napoli, min-naħa l-oħra, jidher li lesti jċeduh biss għal €94 miljun u mhux inqas. Juventus lesti li jinnegozjaw. Higuaín għalissa jidher li se jibqa’ każ kemxejn ikkumplikat.

Marko Pjaca, destinazzjoni Turin. Kollox jidher lest biex il-Kroat jilbes il-flokk abjad u iswed għall-istaġuni li ġejjin. Talent interessanti ħafna li kien skopert iktar fid-dettall fl-Euro 2016 li għadha kemm intemmet. Nistennew iżjed aħbarijiet u dettalji dwar dan it-trasferiment.

Wara Miralem Pjanić, Dani Alves u Medhi Benatia, min imiss jiffirma maċ-champions Taljani? U l-mistoqsija finali tkun waħda:

Bit-tragward komplut tat-trasferimenti, is-sena 2017 se tkun is-sena ta’ Juventus?

dical-banner-1200×280