Minkejja li l-kampjonat spiċċa ftit tal-ġranet ilu, Juventus Women ma damux jaħsbuha biex isaħħu l-iskwadra tagħhom hekk kif matul il-ġurnata tal-Erbgħa ġiet ippreżentata Eniola Aluko.

Aluko, 31 sena, hija plejer offensiva u li matul il-karriera lagħbet fl-aqwa kampjonati madwar id-dinja hekk kif kellha esperjenzi fl-Ingilterra u anke fl-Istati Uniti.

Fl-Ingilterra, hija kienet pijuniera tat-tim ta’ Chelsea li kien rebaħ tliet kampjonati u żewġ FA Cup. F’din tal-aħħar, kienet anke spiċċat top scorer fl-2016, meta skurjat disa’ gowls f’16-il partita. Hija pparteċipat anke fil-UEFA Women’s Champions League fejn waslet sas-semifinali darbtejn mat-tim minn Londra.

Fl-Istati Uniti, hija lagħbet ma diversi timijiet fosthom St Louis, Atlanta u Sky Blue FC fil-Women’s Professional Soccer League.

Sadanittant, Aluko rrappreżentat lill-Ingilterra f’izjed minn mitt partita fejn lagħbet fi tliet Tazzi tad-Dinja, tliet kampjonati Ewropej u anke fl-Olimpijadi tal-2012.

Ħu Aluko, Sone, jilgħab mat-tim ta’ Reading u kien anke ma’ Fulham preċedentement.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280