Logħba bbilanċjata anke jekk l-Albanija għamlu iktar minn ħamsa u erbgħin minuta bi plejer inqas. L-iktar plejer li spikka kien Sommer b’saves brillanti sal-aħħar minuti tal-partita li żammew il-logħba favur l-Iżvizzera.

2 saves fuq Sadiku u save mirakoluż fuq Gashi wara li dan spiċċa waħdu quddiem Sommer taw tliet punti lill-Iżvizzera fil-logħba li spiċċat bi skor minimu.