Wara bidu diżappuntanti kontra l-Italja, il-Belġju rebħu t-tieni logħba tagħhom bl-iskor ta’ 3-0 kontra l-Irlanda u għalhekk issa reġgħu biċ-ċans li jieħdu t-tieni post fil-grupp.

F’din il-logħba rajna lil Romelu Lukaku, il-plejer ta’ Everton li qed jissemma ħafna ma’ Juventus li skurja doppjetta. Il-gowl l-ieħor wasal minn Witsel, li huwa wkoll qed jissemma għal trasferiment fl-Italja. Fl-aħħar logħba tal-grupp, il-Belġju ħa jilagħbu kontra l-Iżvezja.

dical-banner-1200×280