Hekk kif għadda r-rawnd tal-aħħar sittax, kulħadd baqa’ sorpriż bir-riżultati ta’ dawn it-3 timijiet. Nibdew bil-Portugall, li sabu ma’ wiċċhom lill-Kroazja, favoriti li jirbħu t-trofew wara l-gruppi. Madankollu, il-Portugall ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ wieħed b’xejn minn Quaresma fl-aħħar mumenti tal-partita. Telfa xokkanti għall-Kroazja li anke seta’ kellhom polza tajba ħafna u jaslu mqar sas-semifinali fejn setgħu jiffaċċjaw lill-Belġju. Il-Portugall issa jilagħbu kontra l-Polonja ta’ Lewandowski.

Waħda mill-iktar logħbiet mistennija kienet dik bejn l-Italja u Spanja, li żvolġiet f’waħda mil-logħob l-aktar attraenti u divertenti tal-Euro s’issa. L-Italja ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, gowls ta’ Chiellini u Pellè. L-iskor seta’ kien ferm ikbar kieku ma kienx għal De Gea, b’saves spettakolari fuq Giaccherini, Pellè u Eder. Buffon ukoll kien bravu fit-tieni taqsima, b’saves fuq Piqué, Morata u Iniesta. Il-mertu kollu jmur għall-prestazzjoni perfetta ta’ Giaccherini, Parolo, kif ukoll Bonucci. B’din ir-rebħa l-Italja issa jaffaċċjaw lill-Ġermanja.

L-Ingilterra barra mill-Euro 2016 hekk kif b’diżappunt tilfu kontra t-tim sorpriża u t-tim li sar maħbub minn ħafna partitarji, l-Iżlanda. Logħba missielta sal-aħħar mumenti tal-partita, imma d-difiża soda tal-Iżlanda żammet għal 80 minuta sħaħ. Wirja qalbiena li serqet qlub il-partitarji Ewropej. Min-naħa l-oħra, wirja diżgustanti mill-Ingliżi li għal darb’oħra wrew li fadal ħafna xi jsir biex jirbħu trofew internazzjonali.

Issa l-Iżlanda jaffaċċjaw lil Franza bit-tama li jkomplu jiktbu l-Istorja.

dical-banner-1200×280