It-Taljani t-tieni tim li għadda għall-aħħar 16, wara Franza, hekk kif fl-aħħar mumenti tal-partita, Eder skurja gowl brillanti li ħalla lil kulħadd ferħan, fejn anke fl-aħħar naraw lil Florenzi u Eder jiċċelebraw b’mod umoristiku.

Ta’ min jinnota imma lill-benjamin Juventin u wieħed mill-pilastri tad-difiża Taljana, Chiellini. Illum Chiellini kellu logħba tal-aqwa difensur fl-Ewropa speċjalment bl-interventi kontinwi tiegħu, żamm għal kollox fil-kwiet lil Ibrahimović u kien sod ħafna matul il-logħba kollha.

Bħala Juventin nispera li narawh f’din il-forma tul il-kompetizzjoni u kif ukoll fl-istaġun li jmiss.

dical-banner-1200×280