Logħba kbira llum bejn iċ-Ċeki u l-Kroazja, logħba li baqgħet sal-aħħar mumenti sabiħa u li tħallik ħerqan, anke jekk lejn l-aħħar, partitarji Kroati waddbu xi flares fil-grawnd. Dan ma żammx liċ-Ċeki milli jġibu d-draw fl-aħħar mumenti.

Kienu gowl mill-isbaħ ta’ Perišić li fetaħ l-iskor u Rakitić irdoppja fit-tieni taqsima mas-siegħa logħob. Madankollu, l-injury ta’ Modrić sfat bħala daqqa ta’ ħarta għall-Kroazja hekk kif ftit wara, iċ-Ċeki naqqsu l-iskor. Is-sostitut Skoda skurja wara assist ta’ Rosický. Hekk kif deher li kollox kien mitmum bl-iskor ta’ 2-1, Vida deher imiss il-ballun b’idu u r-referì Clattenburg saffar għal penalti.

Kien Necid li sammar fin-nofs tax-xibka qalb il-briju tal-partitarji Ċeki. Waħda mill-isbaħ logħbiet tal-Euro, speċjalment b’dan ir-riżultat li deher ħa jkun favur il-Kroati sa siegħa logħob.

dical-banner-1200×280