Kien il-plejer ta’ Napoli Hysaj li kellu logħba mill-aqwa. Kontra r-Rumanija, l-Albaniżi ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 b’gowl ta’ Sadiku. Hysaj kellu logħob tajjeb ħafna u juri li hu plejer importanti ħafna għal Napoli.
Din ir-rebħa tħalli bit-tama lill-Albaniżi li jgħaddu mal-aħħar sittax hekk kif issa jistennew ir-riżultati tal-gruppi l-oħra. Fl-opinjoni tiegħi, l-Albanija, għalkemm tilfu darbtejn, xorta kienu organizzati ħafna u speċjalment fl-ewwel logħba kienu kemxejn sfortunati.

dical-banner-1200×280