Wales, wara 50 sena mingħajr kompetizzjoni internazzjonali, jirbħu l-grupp b’6 punti meta rebħu kontra r-Russi bl-iskor ta’ 3-0. Il-gowls waslu minn Ramsey, Taylor u s-solitu Bale. Logħba diżappuntanti oħra għar-Russi li sentejn oħra se jkunu qed jorganizzaw it-Tazza tad-Dinja f’darhom.
Il-plejer tal-logħba kien Bale, li għal darb’oħra wera li huwa wieħed mill-aqwa plejers li hawn bħalissa. Bale għamel assist u skurja t-tielet gowl ta’ Wales illejla biex issa jinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-iktar plejers li skurjaw s’issa.

dical-banner-1200×280