Sorpriża kbira hekk kif l-Ungerija rebħu punt fuq il-Portugall biex rebħu l-grupp minħabba l-fatt li għandhom differenza aħjar ta’ gowls. Min-naħa l-oħra, il-Portugall b’diżappunt hekk kif ġew it-tielet post bi 3 punti.

Doppjetta u assist ta’ Ronaldo ma kinux biżejjed biex il-Portugall jgħaddu mill-grupp hekk kif l-Ungeriżi kienu kull darba minn fuq però l-Portugiżi dejjem irnexxielhom iġibu d-draw. B’hekk l-Ungerija ġabu 5 punti fil-grupp u spiċċaw fil-quċċata quddiem l-Iżlanda.

dical-banner-1200×280