Juventus Women ikkonfermaw posthom fid-decider għat-titlu tan-nisa wara rebħa konvinċenti ta’ 4-0 li kisbu fuq Tavagnacco matul tmiem il-ġimgħa li għadda.
Fid-decider li se tintlagħab matul il-weekend li ġej (data u ħin għadhom mhux konfermati), it-tim immexxi minn Rita Guarino se jaffronta lil Brescia.
Kontra Brescia, Juventus lagħbu tliet darbiet diġà fejn fl-ewwel rawnd tal-kampjonat, il-Bianconeri ħarġu rebbieħa. Madankollu, Brescia kisbu rebħa ġewwa Vinovo fit-tieni rawnd mentri ġol-istess grawnd, huma eliminaw lil Juventus mill-Coppa Italia fil-kwarti tal-finali.
Il-gowls kontra Tavagnacco waslu permezz ta’ Sofia Cantore, doppjetta ta’ Barbara Bonansea u Valentina Cernoia.
Din ir-rebħa ssegwi r-rebħa l-oħra li Juventus kienu kisbu bl-skor ta’ 2-0 kontra Chievo ġimgħa qabel.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com