Juventus U23 kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva, meta t-Tnejn għelbu 2-0 lil Pro Patria, bil-gowls jaslu minn Idrissa Touré u Matheus Pereira.

B’hekk Juventus issa jinsabu fil-ħames post ta’ Grupp A, fis-Serie . Madankollu wieħed irid jirrimarka li l-iskwadri differenti lagħbu numru ta’ logħob li jvarja sew. Tant hu hekk li Juventus lagħbu ħames logħbiet, waqt li hemm oħrajn lagħbu waħda jew tnejn biss.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280