L-ewwel avventura ta’ Juventus U-23 fis-Serie C se tlaqqahom kontra Zach Muscat, li iżjed kmieni din is-sena ffirma ma’ Pistoiese wara l-esperjenza li kellu ma’ Arezzo.

Il-partiti ġew żvelati l-Erbgħa waranofsinhar, fejn Juventus se jibdew l-impenji tagħhom kontra Alessandria, propju kontra t-tim li se jkun qed isellfilhom il-grawnd għall-kampanja fis-Serie C, Girone A.

L-ewwel partita bejn Pistoiese u Juventus se tkun fit-2 ta’ Diċembru filwaqt li t-tieni rawnd se jkun qed jintlagħab fil-31 ta’ Marzu.

Dawn huma t-timijiet kollha f’Girone A:

Albissola, Alessandria, Arezzo, Arzachena, Carrarese, Cuneo, Gozzano, Juventus U-23, Lucchese, Novara, Olbia, Piacenza, Pisa, Pistoiese, Pontedera, Pro Patria, Pro Piacenza, Pro Vercelli, Robur Siena, Virtus Entella.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280