It-tim ta’ Juventus kompla l-mixja rebbieħa tiegħu fil-kampjonat tan-nisa wara li għeleb lil Pink Bari Women bl-iskor ta’ 4-1 ġewwa Vinovo.

Il-gowls tal-Bianconeri waslu minn żewg awtogowls u doppjetta personali tas-solita Barbara Bonansea.

It-tim immexxi minn Rita Guarino jerġa’ jkun fl-azzjoni nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Marzu, meta jaffronta lil Novese Calcio Femminile fit-tielet rawnd tal-Coppa Italia, partita li tibda fis-19:00.

Sadanittant, fatt interessant dwar Juventus Women huwa li flimkien mat-tim ta’ Olympique Lyon, forza qawwija fl-Ewropa u rebbieħa tal-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-UEFA Women’s Champions League, huwa l-inqas tim li qala’ gowls madwar il-kampjonati tan-nisa fl-Ewropa, hekk kif sofra erbgħa biss.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280