Lasti, ballun mifqugħ u flokkijiet jiċċarrtu kkaratterizzaw draw ta’ 0-0 bejn l-Iżvizzera u Franza, b’dawn tal-aħħar dikjarati rebbieħa tal-grupp tagħhom.
– Granit Xhaka hu l-plejer tal-Iżvizzera bl-ikbar ammont ta’ passes f’kull waħda mit-3 logħbiet għal pajjiżu (102 kontra l-Albanija, 94 kontra r-Rumanija u 84 kontra Franza).
– 50% tal-logħob f’din l-edizzjoni tal_EURO, jew aħjar 13 minn 26, sal-ewwel taqsima ntemmu fi draw ta’ mingħajr gowls, inkluż it-3 logħbiet ta’ Franza.
– Hugo Lloris mexxa lil Franza għal 54 darba bħala captain, l-istess daqs ir-rekord ta’ Didier Deschamps.
– L-Iżvizzeri naqsu milli jirbħu mqar waħda mill-aħħar 6 logħbiet kontra Franza (3 telfiet u 3 draws).
Ħalli Kumment