Franza għelbu lir-Rumanija bi skor ta’ 2-1 b’gowls ta’ Oliver Giroud, Dimitri Payet. Għar-Rumanija ġab id-draw momentanju Bogdan Stancu.
– Il-penalti konċess minn Patrice Evra lir-Rumanija jfisser li ngħata penalti fi tlieta mill-aħħar erba’ edizzjonijiet tal-EURO (2004, 2012 u 2016) li kollha kienu kontra n-nazzjonal tal-pajjiż li kien qed jorganizza l-kampjonati.
– Bir-rebħa fuq ir-Rumanija, Franza rebħu kull waħda mis-sitt logħbiet li lagħbu f’darhom (5 fl-1984 u 1 fl-2016).
– Franza huma l-uniku tim nazzjonali li kkonċedew penalti f’kull waħda mill-ħames edizzjonijiet tal-EURO sa mill-2000 (8 b’kollox).
– Bi tmien logħbiet, Franza issa sar l-iktar tim li lagħab f’daru.
– Ir-Rumanija qatt ma rebħu l-ewwel logħba tagħhom fil-kampjonati Ewropej (3 draws u 2 telfiet).
– Dimitri Payet hu l-ewwel plejer Franċiż li skurja u ta assist f’logħba waħda mill-fażi finali tal-EURO sa minn Thierry Henry fl-2000.
– Bil-gowl kontra r-Rumanija, 3 mill-4 gowls li skurja Payet għal Franza ġew skurjati fid-89 minuta jew iktar tard.
– Kingsley Coman sar l-iżgħar plejer li qatt lagħab għal Franza f’turnew maġġuri (19-il sena u 362 ġurnata).
Sors: Opta
Ħalli Kumment