Filwaqt li llejla fis-6pm jitilgħu l-poloz tal-fażi tal-gruppi tal-UCL, is-saga tal-calciomercato qiegħda dejjem tersaq fi tmiema, bil-ġurnali sportivi fl-Italja jitkellmu l-iktar dwar Matuidi, Cuadrado u anki Zaza.

Tuttosport: Il-paġna ta’ quddiem tagħti prominenza assoluta lill-poloz tal-UCL filwaqt li ssemmi wkoll illi Matuidi kważi lest ma’ Juventus u li Conte qed iwaqqaf ir-ritorn ta’ Cuadrado.

La Gazzetta dello Sport: Skont il-ġurnal ta’ Milan illejla se sseħħ laqgħa f’Monaco (fejn se jitilgħu l-poloz tal-UCL) bejn PSG u Juventus fejn mistenni jintlaħaq ftehim għat-trasferiment ta’ Matuidi għal mal-bianconeri għal madwar €20 miljun. Kuntrarju ta’ dak li qed tgħid Tuttosport, din il-gazzetta qed tgħid illi Cuadrado huwa viċin ħafna għar-ritorn tiegħu ma’ Juventus u li Zaza lest għal ma’ West Ham.

ll Corriere dello Sport: jgħid illi Juventus mistennija jilħqu ftehim ma’ PSG għat-trasferiment ta’ Matuidi llejla f’Montecarlo.

dical-banner-1200×280