Bir-ritorn ta’ Cuadrado ma’ Juventus kważi ċert, jibqgħu jissemmew diversi ismijiet ta’ min jista’ jkun il-midfielder il-ġdid ta’ Juventus.
Tuttosport: L-artiklu prinċipali fil-ġurnal minn Turin jittratta r-ritorn ta’ Cuadrado ma’ Juventus u jgħid illi bejn għada u l-Ħamis għandu jiġi ffinalizzat kollox. Apparti Matuidi jissemmew ukoll Sissoko, Neves u Babayoko. Jagħmel appell ukoll sabiex Dybala ma jibqax jaqla’ wisq daqqiet ta’ sieq waqt il-logħob filwaqt li Pjanić jidher li rkupra.
La Gazzetta dello Sport: l-unika aħbar dedikata lil Juventus u miktuba b’tipa żgħira u fil-ġenb tal-gazzetta r-roża hija li Conte huwa l-uniku ostaklu sabiex Cuadrado jerġa’ jingħaqad ma’ Juventus.
ll Corriere dello Sport: jgħid illi Matuidi għażel lil Juventus li jinsabu viċin ħafna tar-ritorn ta’ Cuadrado li Conte iżda ma jixtieqx iċedi b’self.
Ħalli Kumment