Hekk kif baqa’ biss ġimgħa għat-tmiem tas-suq tat-trasferimenti u s-saga t’ismijiet li jgħejjew kważi lil kulħadd, il-ġurnali tal-lum (minbarra dwar id-disfatta tar-Roma fil-UCL) jitkellmu b’insistenza dwar Matuidi.
Tuttosport: L-artiklu prinċipali fil-ġurnal minn Turin jgħid illi l-għażla ta’ Juventus se tkun wieħed minn fost Matuidi, Sissoko, Witsel u Luis Gustavo. Tgħid ukoll illi r-relazzjoni ta’ Cuadrado ma’ Chelsea issa donnha tgħarrqet għalkollox hekk kif il-Kolombjan qed jinsisti li jerġa’ jingħaqad ma’ Juventus minkejja xi ftit tar-reżistenza mill-klabb Ingliż b’mod partikolari minn Conte.
La Gazzetta dello Sport: l-uniku ġurnal li ma jsemmix lil Matuidi imma jgħid illi Juventus jinsabu viċin ferm li jakkwistaw lil Cuadrado u li Napoli huma interessati f’Zaza.
ll Corriere dello Sport: jgħid illi Juventus qegħdin jinnegozjaw b’iktar intensità l-akkwist ta’ Matuidi mingħand PSG filwaqt li Napoli qed jaħsbu f’Zaza.
Ħalli Kumment