Fil-ġurnali sportivi tal-lum jagħmel ritorn pjuttost qawwi l-calciomercato b’aħbarijiet fuq Morata u Berardi. Naturalment ma jonqsux aħbarijiet dwar il-wirja kbira tad-difiża ta’ Juventus mat-tim nazzjonali Taljan.
Tuttosport: Bit-titlu “Morata, più Juve” il-ġurnal minn Turin jgħid li fl-assenza t’offerti konkreti minn timijiet oħra, Real Madrid talbu lil Juventus biex jipposponu l-laqgħa. Sadattant Marotta ddeċieda ma jkomplix jinsisti fuq Berardi u b’hekk il-€25 miljun li kienu se jintużaw biex jiġi akkwistat l-attakkant ta’ Sassuolo jistgħu jintużaw għal Morata. Jerġa’ jissemma Benatia u saħansitra Mkhitaryan.
La Gazzetta dello Sport: Tgħid li simpatikament fi Franza id-difiża ta’ Juventus flimkien ma’ Conte qed jiġu mqabbla mal-persunaġġi tal-film Inglourious Basterds. Fuq in-naħa tax-xellug tal-paġna tgħid illi Berardi se jibqa’ ma’ Sassuolo għal sena oħra.
ll Corriere dello Sport: Tgħid li Juventus xebgħu jistennew lil Berardi jieħu deċiżjoni u b’hekk iddeċidew li ma jkomplux fit-trattattiva mal-attakkant ta’ Sassuolo.
Ħalli Kumment