Kif mistenni, Il-ġurnali tal-lum huma ddominati mill-preżentazzjoni ta’ Gonzalo Higuaín u l-għażla tal-flokk numru 9.

Tuttosport: B’ittri kbar, il-ġurnal minn Turin jippreżenta t-titlu “Higuaínnamorato- Juve, una goduria” u jitkellem dwar il-mijiet ta’ sapporters illi nġabru mill-ajruport sa Vinovo biex jagħtu merħba lill-akkwist il-ġdid ta’ Juventus. Fin-naħa t’isfel b’ittri ferm iżgħar jgħid li Pogba jinsab viċin li jissieħeb lil Manchester United għal €110 miljun u li Witsel mistenni jkun is-sostitut tiegħu.

La Gazzetta dello Sport: “Delirio Pipita” huwa t-titlu prinċipali fil-ġurnal ir-roża b’riferiment ċar għall-atmosfera li ħolqu s-sapporters Bianconeri fil-jum imlaqqam “Pipita Day”. Tikkwota wkoll lil De Laurentiis isejjaħ lil Higuaín ‘rubentino’ u lil Valdano jgħid illi l-Juve għamlu akkwist kbir għax m’hemm l-ebda plejer bħal Higuaín. Il-Gazzetta tgħid ukoll illi Juventus laħqu ftehim dwar it-trasferiment ta’ Pogba għal ma’ Manchester United għas-somma ta’ €110 miljun.

ll Corriere dello Sport: Dan il-ġurnal ukoll jitkellem l-ewwel jum ta’ Higuaín ma’ Juventus iżda minkejja li jiddedika terz mill-paġna ta’ quddiem li fiha jikkwota lil Higuaín jgħid li kemm bħala tim u kemm bħala soċjetà Juventus huwa tim favoluż, it-titlu prinċipali huwa l-isfida li Sarri għamel lil Juventus u lil Higuaín billi qal li qed jistenniehom fis-San Paolo.

dical-banner-1200×280