Minn impossibbli għal possibbli. Minn diffiċli għal faċli. Mill-aħħar post għall-ewwel post. Mid-disfatta għall-glorja. Minn bidu diżastruż għal tmiem meraviljuż.
F’Ottubru ħafna kienu qalu li Juventus mietu, li spiċċaw u li mhux se jibqgħu li kienu. Qalu li żmienhom għadda u mar. Ħafna qawwew qalbhom għar-rebħ tal-kampjonat, fosthom Inter, Napoli u Roma.
Illum April u Juventus rebħu l-5 kampjonat konsekuttiv. Kampjonat numru 34. Kampjonat li se jibqa’ mfakkar bħala l-isbaħ wieħed fl-istorja wara dak tal-5 ta’ Mejju 2002.
Kif tista’ tinsieh? Rimonta eċċezzjonali. Ħadd ma stenna rimonta daqshekk qawwija. Rimonta li wriet kemm Juventus huma tassew kbar fl-Italja.
Episodji sbieħ, episodji koroh kif ukoll episodji li kienu ftit xokkanti matul dan l-istaġun. Iżda la llum qegħdin fil-glorja, bir-raġun li nsemmu episodji sbieħ matul dan l-istaġun:
▪ Id-Dab Dance ta’ Pogba
▪ Il-maġija ta’ Dybala
▪ Il-gowl ta’ Zaza kontra Napoli
▪ Is-save ta’ Buffon kontra Milan
▪ Ir-rabja u l-grinta ta’ Allegri
▪ Il-kattiverja u l-qalb ta’ Mandžukić
▪ Il-gowl ta’ Bonucci kontra Inter
▪ L-akkwist perfett ta’ Alex Sandro
▪ Ir-rebħa fid-90 minuta kontra Torino
L-isbaħ kampjonat mirbuħ sa issa minn Juventus. Se jibqa’ mfakkar u se jiġi ċċelebrat bil-kbir nhar il-15 ta’ Mejju ġewwa Turin u madwar id-dinja kollha.
MINN WARA ISBAĦ!
Ħalli Kumment