Illejla Juventus jilagħbu kontra Sevilla fi Spanja u kulħadd qed jistenna dil-logħba bil-ħerqa. Wara r-rebħa ta’ Juventus fuq Pescara u r-rebħa ta’ Sevilla fuq Deportivo, illejla qed nistennew logħba tattikament interessanti.

Madankollu tibqa’ mistoqsija waħda; din il-logħba għandha tkun deċiżiva għal Juventus? Jekk Juve jirbħu jitilgħu fil-quċċata tal-klassifika u jekk ma’ Zagreb Juventus jiġbru 3 punti huma jkunu awtomatikament rebbieħa tal-grupp. Però kif qed jixhdu gruppi oħra, jekk Juventus jitilgħu l-ewwel xorta hemm ċans li jsibu ma’ wiċċhom il-ġganti tal-Ewropa fosthom Bayern, Real, Dortmund, Arsenal, Atlético u PSG.

Intom x’taħsbu? Għandna nagħtu logħba tal-lejla bħala deċiżiva jew inqisuha bħala logħba normali taċ-Champions League?

dical-banner-1200×280