Iktar kemm iż-żmien ikompli għaddej, iktar ngħidu bejnna u bejn ruħna: “Imma aħna dejjem konna wara t-tim? Għandna nsejħu lilna nfusna Juventini?”
Kull sapporter u fanatiku tal-futbol, speċjalment ta’ Juventus, jimmatura fix-xena sportiva, bil-mod kif jara l-logħob, bil-mod kif jitkellem, kif jirraġuna u ħafna iżjed affarijiet. Nesprimu ruħna bħala Juventini kbar, Juventini tal-qalba, Juventini ta’ demm abjad u iswed. Personalment naħsbu li aħna l-ikbar sapporters fid-dinja. Ngħid għalija jien hekk inħossni. Nagħti ħafna ħin lill-Juventus. Ma nasalx ngħid li huma ħajti kompletament biex ma nesaġerax.
Imma kemm nesprimu ruħna mhux biżżejjed. L-istorja Juventina għaddiet minn ħafna, speċjalment bejn l-2006 u l-2010. Il-mistoqsijiet importanti huma dawn: Bqajna wara t-tim u s-soċjetà f’dak iż-żmien ferm diffiċli? Kemm konna leali lejn Juventus? Segwejna lit-tim fis-Serie B?
Jekk dejjem kont hemm, int tissejjaħ Juventin. Jekk dejjem bqajt wara t-tim int tissejjaħ Juventin. U jiġri x’jiġri għandek dejjem tkun hemm biex tissejjaħ Juventin.
Fil-glorja kulħadd jifraħ u jiċċelebra, kulħadd iħossu sapporter kbir u kburi.
U fit-telf? Tħossukom sapporters kbar u kburin? Tħossukom imdejqin wara prestazzjoni ħażina? Wara xi umiljazzjoni? Wara telfa f’xi finali jew xi logħba importanti? Taffettwalkom il-ġurnata wara telfa li jsofru Juventus? Tħossukom bla aptit ta’ xejn?
Dak li jħossu Juventini kbar. Juventini tal-qalba. Tad-demm abjad u iswed. Sapporter għandu jkun hemm dejjem, fit-telf u fid-diżappunt, fir-rebħ u fil-glorja, fid-deċiżjonijiet żbaljati mis-soċjetà, fil-passi tajbin mid-diriġenza.
DEJJEM!
Għax dik li tfisser ‘FINO ALLA FINE’.
Mhux tliet kelmiet iżda huma r-realtà fid-dinja Juventina.
SAL-AĦĦAR!
Kont u bqajt JUVENTIN fis-snin 60 meta kienu jigbdulna saqajna li ma irbahna xejn f’ewropa
Kont u bqajt AKTAR minn qatt qabel meta wara il-KONGJURA tal-FARSOPOLI f’2006 waqawna fis-serie B u ippruvaw jeqierduna mix-xena tal-football taljan.
Il-JUVENTUS ghal DEJJEM F”QALBI
Grande Gobbo