Gowl fl-aħħar minuti minn Daniel Sturridge ta rebħa importanti lill-Ingilterra, wara li għal kważi 40 minuta huma u Wales kienu fi draw ta’ 1-1 b’gowls ta’ Gareth Bale u Jamie Vardy.
– L-Ingilterra u Wales bdew il-logħba bl-iżgħar żewġ line ups inizjali fl-EURO 2016 (Ingilterra – 25 sena u 293 ġurnata, Wales – 26 ġurnata u 170 ġurnata).
– Din kienet l-ewwel logħba f’turnew internazzjonali għaż-żewġ nazzjonijiet minkejja li lagħbu 102 logħbiet kontra xulxin.
– Wales skurjaw għall-ewwel darba fl-aħħar 5 logħbiet kontra l-Ingilterra.
– Gareth Bale skurja darbtejn minn freekick dirett. Huma biss Platini (EURO 1983) u Hassler (EURO 1992) li għamlu dan f’edizzjoni waħda tal-EURO.
– Il-gowl ta’ Wales wasal mill-ewwel xutt lejn il-lasta li kellhom.
– Qatt qabel din il-logħba l-Ingilterra ma rnexxielhom jirbħu logħba ta’ turnew maġġuri li f’nofs l-ewwel taqsima kienu minn taħt.
– Il-gowl ta’ Vardy wasal mit-tielet darba li mess il-ballun fil-logħba kontra Wales.
– Jamie Vardy skurja 4 darbiet fl-aħħar 5 logħbiet għall-Ingilterra.
– Marcus Rashford sar l-iżgħar plejer (18-il sena u 228 ġurnata) li lagħab għall-Ingilterra fl-EURO, 4 ijiem iżgħar minn Rooney fl-EURO 2004 kontra Franza.
– Daniel Sturridge sar l-10 plejer tal-Ingilterra li skurja kemm fit-Tazza tad-Dinja kif ukoll fl-EURO.
– L-aħħar darba li l-ebda plejer ta’ Liverpool ma skurja f’turnew maġġuri kien fl-EURO 1996.
Ħalli Kumment