Gowl ta’ Eder ftit minuti qabel tmiem il-logħba fisser li l-Italja kkwalifikaw mill-grupp tagħhom, s’issa b’punti massimi wara r-rebħa tal-lum kontra l-Iżvezja u dik tal-aħħar jiem kontra l-Belġju.

– L-Italja għadhom bla telfa fl-aħħar 11-il logħba kompetittiva (9 rebiet u 3 draws).
– L-Iżvezja rebħu biss 3 logħbiet mill-aħħar 15 li lagħbu fl-EURO.
– Matul il-logħba kien hemm biss 12-il xutt. Dan hu l-inqas f’logħba sa mill-EURO 1980.
– Zlatan Ibrahimović hu l-iktar plejer li nqabad f’pożizzjoni ta’ offside matul din l-edizzjoni tal-EURO (8 darbiet).

dical-banner-1200×280