Own goal sfortunat ta’ Birkir Már Sævarsson lejn tmiem il-logħba kontra l-Ungerija fisser li l-Iżlanda naqsu milli jwettqu sorpriża oħra fl-EURO. Huma kienu marru fil-vantaġġ permezz ta’ penalti konvertit f’gowl minn Gylfi Sigurðsson fl-40 minuta.

– Qabel din il-logħba, l-Iżlanda kienu tilfu kull waħda mill-aħħar ħames logħbiet internazzjonali kontra l-Irlanda. L-aħħar li rebħulhon kien f’Ġunju 1995 bi skor ta’ 2-1.
– Qabel din il-logħba kien hemm 14-il gowl jew medja ta’ 4.7 f’kull logħba, f’logħob bejn l-Iżlanda u l-Ungerija.
– Din kienet l-ewwel darba li l-Ungerija qalgħu gowl minn penalti waqt edizzjoni tal-EURO.
– 5 mill-aħħar 7 gowls ta’ Gylfi Sigurðsson għall-Iżlanda ġew minn penalti.
– Sa tmiem din il-logħba, 13-il gowl, jew inkella 28% tal-gowls kollha f’din l-edizzjoni tal-EURO, kienu skurjati fis-87 minuta jew wara.

dical-banner-1200×280