Jintemm staġun ieħor. Jintemm staġun li għal ħafna deher li se jkun brillanti però reġa’ spiċċa diżappuntanti. Staġun li għal Juventus deher li se jkun kiefer, ikrah u ta’ diżappunt. B’bidu daqshekk ħażin li ferraħ ħafna rivali ta’ Juventus, li ħasbu li dik se tkun is-sena tagħhom. Però marru żmerċ.
Staġun li beda bir-rebħ tas-7 Supercoppa kontra Lazio b’gowls minn żewġ plejers ġodda, Paulo Dybala u Mario Mandžukić. Kollox deher li se jkun kampjonat faċli għal Juventus wara dik ir-rebħa, għalkemm il-partita ma kinitx daqshekk sabiħa.
Kampjonat numru 34! Wasal ukoll. Wara telfiet xejn sbieħ kontra Udinese, Roma, Napoli u Sassuolo, waslet ir-rimonta Juventina kontra Atalanta, Torino, Milan u l-istess Roma u Napoli.
Bil-gowl ta’ Zaza kontra Napoli, f’Turin fit-88 minuta, ikun l-iktar fondamentali tul l-istaġun kollu. Minn dakinhar ’il quddiem kibret il-fiduċja li Juventus se jibqgħu l-aqwa skwadra fis-Serie A. Intrebħu numru kbir ta’ logħob u ġew skurjati ħafna gowls importanti.
Iċ-ċirasa fuq il-kejk poġġieha Radja Nainggolan meta b’gowl tiegħu kontra Napoli tefa’ lil Turin f’dellirju ta’ ferħ u ċelebrazzjonijiet kbar kemm mill-plejers kif ukoll mis-sapporters Juventini. Kampjonat numru 34! Wieħed mill-isbaħ kampjonati matul l-istorja Juventina!
Coppa Italia numru 11! It-triq bdiet bid-derby kontra Torino b’4 gowls spettakolari, 2 minnhom mill-aqwa plejer tal-partita Simone Zaza u bi ġmiel ta’ freekick minn Paul Pogba li komplew iżejnu r-rebħa.
Kien imiss test diffiċli f’Ruma kontra Lazio fil-kwarti tal-finali, fejn bħas-soltu reġa’ ddeċieda l-partita l-eksplejer ta’ Lazio, l-Iżvizzeru Stephan Lichtsteiner b’gowl deċiż mill-Goal Line Technology. Juventus fis-semifinali.
Derby d’Italia. Juventus kontra Inter. Kollox beda f’Turin b’rebħa fenomenali minn Juventus ta’ 3-0, bil-protagonist ikun Álvaro Morata b’żewġ gowls wara nuqqas ta’ ftit żmien mingħajr gowls.
3 u tidwira, Juventus finalisti? Kollox kien kważi ċert. Però f’San Siro l-istorja kienet differenti. 3 gowls minn Inter u Juventus f’silenzju. Ħadd ma jista’ jemmen. Kollox mar għall-għoti tal-penalties u kien Leonardo Bonucci li kkastiga lill-Interisti meta tefa’ lil Juventus fil-finali u lis-sapporters preżenti f’dellirju ta’ ferħ.
B’Milan jikkwalifikaw ukoll għall-finali, Juventus kontra Milan f’Ruma. 90 minuta mingħajr gowls, b’Milan ftit iktar superjuri, Juventus f’dilemma. Ħin barrani. kwarta u kwarta u tintemm ukoll l-ewwel taqsima. Massimiliano Allegri b’xi tibdil fl-iskwadra. Jidħlu jilagħbu Cuadrado, Alex Sandro u Morata. 110 minuti Morata jiskurja dak li kellu jwassal għat-trijonf tal-11-il Coppa Italia fl-istorja. Eroj Spanjol li sploda l-Olimpico ta’ Ruma u tefa’ f’silenzju kbir lill-Milanisti preżenti. Festa kbira Juventina!
Id-double għat-tieni sena konsekuttiva. L-ewwel darba fl-istorja tal-futbol Taljan. L-ewwel darba fl-istorja Juventina. Kampjonat numru 34 u Coppa Italia numru 11. Ħadd ma stenna tmiem daqshekk fenomenali.
Juventus, l-istorja ma tmut qatt!
Ħalli Kumment