Juventus Women saru champions għat-tieni darba fl-istorja tal-klabb wara rebħa ta’ 3-0 fuq Verona, biex għelbu l-isfida ta’ Fiorentina u Milan fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat.

Infatti, Juventus bdew din il-ġurnata bi 53 punt, filwaqt li Fiorentina u Milan bdew b’51 punt.

L-ewwel taqsima kienet pjuttost frustranti għal Juventus hekk kif damu biex żblokkaw il-partita, tant illi għal xi mumenti kienu Fiorentina li kienu qegħdin fl-ewwel post tal-klassifika wara li kienu qed jirbħu 1-0 kontra Roma.

Madankollu, Petronella Ekroth sabet il-gowl tal-vantaġġ fit-33 minuta biex Juventus marru minn fuq u setgħu jamministraw il-partita b’iżjed trankwillità.

Qabel tmiem l-ewwel taqsima, Juventus laqtu l-lasta darbtejn permezz ta’ Barbara Bonansea u Eni Aluko.

Juve għamlu ċert mir-rebħa fit-tieni taqsima meta Cristina Girelli u Aluko żiedu żewġ gowls biex Juventus rebħu l-kampjonat femminili għat-tieni darba konsekuttiva u għat-tieni darba fl-istorja tal-klabb.

Sadanittant, Juventus anke kkonfermaw posthom fil-UEFA Women’s Champions League flimkien ma’ Fiorentina għal staġun ieħor.

L-impenn li jmiss huwa nhar it-28 t’April, meta ġewwa Stadio Tardini, Parma, Juventus jilagħbu kontra Fiorentina fil-finali tal-Coppa Italia.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280