L-effett ta’ Juventus qiegħed jinħass ġmielu fil-futbol femminili hekk kif it-tim ta’ Tavagnacco għadu kif ħabbar li l-partita tagħhom kontra Juventus tas-27 ta’ Jannar li ġej se tintlagħab fid-Dacia Arena, il-grawnd fejn jintlagħbu l-partiti home tat-tim tas-Serie A, Udinese.

Dan il-pass jiċċertifika kemm l-introduzzjoni ta’ Juventus ħalliet effett kbir fuq dan il-moviment u li żgur mhux forsi għandha sservi ta’ ispirazzjoni għal klabbs oħra sabiex jagħtu iżjed kas il-moviment tal-futbol tan-nisa.

Tavagnacco, wieħed mit-timijiet storiċi fil-futbol tan-nisa, ħa jkunu qegħdin ibigħu l-biljetti b’ħames ewro għall-adulti u ewro biss għal tfal ta’ taħt l-14-il sena.

Għall-kronaka, Juventus qegħdin l-ewwel fil-klassifika b’27 punt filwaqt li Tavagnacco qegħdin it-tielet, ħames punti taħt it-tim ta’ Rita Guarino.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280