It-tim ta’ Juventus Women kompla bil-mixja pożittiva tiegħu fil-kampjonat tas-Serie A femminili wara li kiseb rebħa ta’ 3-1 fuq Pink Bari.

Il-gowls ta’ Juventus waslu permezz ta’ Bonansea, Aluko u Pedersen wara li Bari kienu marru minn fuq.

Il-partita li jmiss hija nhar il-Ħadd li ġej kontra Fiorentina, ġewwa l-Allianz Stadium. Din il-logħba storika se tixxandar b’mod dirett fil-Juventus Club Malta Cuore Bianconero u d-dħul se jkun b’xejn għal kulħadd.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280