It-tim tan-nisa ta’ Juventus ma rnexxilux iżomm id-distakk komdu li kellu f’ras il-klassifika wara li Atalanta Mozzanica rnexxielhom iżommu lil Juventus fi draw ta’ 0-0.

Wara r-rebħiet ta’ Fiorentina u Milan, id-distakk tal-Bianconeri naqas għal punt fuq il-Viola u tnejn fuq ir-Rossoneri.

Proprju Milan huma l-avversarji li jmiss hekk kif Juventus Women se jkunu qegħdin jospitawhom nhar il-Ħadd li ġej, fin-12.30 (live fuq Sky Sport Serie A).

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280