It-tim tan-nisa ta’ Juventus kiseb rebħa importanti fl-ewwel leg tas-semi-finali tal-Coppa Italia femminili meta ġewwa Monza, t-tim immexxi minn Rita Guarino ħareġ rebbieħ bl-skor ta’ 2-1.
A.C. Milan marru minn fuq wara biss żewġ minuti grazzi għal awtogowl ta’ Pedersen. Madankollu, Juventus sabu l-gowl tad-dro ftit qabel il-mistrieħ meta Aluko, li għadha kemm tirkupra minn inċident tat-traffiku, sabet lil Bonansea u din tal-aħħar għamlithom 1-1.
Il-gowl tar-rebħa wasal fit-tieni 45 minuta permezz ta’ Caruso, wara assist ta’ Tuija.
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com