F’din is-sezzjoni l-ġdida tal-World Cup ħa nkunu qed inħarsu lejn il-gruppi u lejn it-timijiet li għaddew, u niddiskutu wkoll l-aqwa plejer tan-nazzjonal.

U llum ħa nibdew bit-tim Afrikan tal-Eġittu, immexxi mill-kowċ Héctor Cúper, eks kowċ ta’ Inter u Parma. L-Eġittu kkwalifikaw wara rebħa dramatika fit-tmiem tal-partita meta rebħu kontra l-Congo b’żewg gowls tal-ikona ġdida ta’ Liverpool Mohamed Salah. Salah kien skurja 5 gowls totali biex b’hekk għen lill-Eġittu biex jgħaddu għall-World Cup wara 28 sena. L-Eġittu jinsabu fis-46 post tal-klassifika FIFA.

Bla dubju ta’ xejn huwa dan l-istess plejer, Salah, li bla dubju ħa jkun taħt il-lenti ta’ ħafna hekk kif ħa jkun mistenni ħafna minnu li jkompli bil-forma eċċellenti li lagħab biha din is-sena, tant li huwa wkoll fil-quċċata biex jirbaħ iż-Żarbun tad-Deheb wara li skurja ‘l fuq minn 40 gowl dan l-istaġun. Salah, li għandu 25 sena, skurja 33 gowl għall-Eġittu f’57 logħba. Numri eċċellenti ħafna għall-Fargħuni ta’ Liverpool.

Ta’ min jinnota wkoll l-izgħar plejer tal-iskwadra, Ramadan Sobhi, li għandu 21 sena u bħalissa jinsab mat-tim ta’ Stoke li qed jiġġieldu biex ma jkunux relegati fiċ-Championship fil-kampjonat 2018/2019.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280