Illum nħarsu lejn l-ospiti tat-Tazza tad-Dinja 2018. Wara ħafna kritika u diskussjonijiet, il-FIFA baqgħet soda f’din l-għażla anke jekk forsi lejn l-aħħar xhur reġa’ kien hemm tensjoni politika bejn ir-Russja u xi pajjiżi oħra.

Ir-Russja għaddew awtomatikament għat-Tazza tad-Dinja ħabba l-fatt li se jkunu qed jospitaw it-tornew. Huma jinsabu fis-66 post tar-Ranking FIFA. Il-kowċ tar-Russi huwa Stanislav Cherchesov, eks kowċ ta’ Legia Warsawa.

Wara d-disfatta tal-kampjonat Ewropew 2016 fejn ġabru biss punt wieħed kontra l-Ingilterra, ir-Russja qed jibbażaw fuq tim imħallat bi plejers ta’ esperjenza u plejers żgħar li kapaċi jagħtu spinta sabiex ir-Russi jmorru tajjeb f’darhom.

L-aqwa plejer tagħhom huwa bla dubju l-captain Igor Akinfeev. Akinfeev li ilu tul ta’ snin jilgħab ma’ Russja imma qatt ma laħaq il-potenzjal kollu mistenni minnu. Wara ħafna snin, ir-reputazzjoni lejh dejjem baqgħet tmajna biex saħansitra m’għadux jissemma bħala l-gowler formidabbli li kien fil-passat. Però dan ma jeskludix il-fatt li għar-Russi huwa plejer importantissimu u li kapaċi jwassal lir-Russi ‘l quddiem.

Ta’ min wieħed isemmi l-iżgħar plejer tar-Russja, Golovin ta’ CSKA Moscow, li kellu staġun tajjeb ħafna. Huwa mar-Russja lagħab 17-il darba u skurja 2 gowls.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280