Wara nuqqas ta’ 12-il sena, l-Arabja Sawdija kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tar-Russja. L-Arabja Sawdija fil-fatt ġew quddiem l-Awstralja biex ikkwalifikaw u b’hekk daħlu awtomatikament għall-kompetizzjoni mingħajr logħob ta’ playoffs.

L-Arabja Sawdija se jkunu mmexxija mill-kowċ Juan Antonio Pizzi, li sentejn ilu biss kien qed jmexxi t-tim taċ-Ċilì, fejn hemm rebaħ il-Copa America wara rebħa bil-penalties.

L-Arabja Sawdija jinsabu fis-70 post tar-ranking Fifa. L-iktar darba li avvanzaw fit-turnew hija fl-ewwel edizzjoni tagħhom fl-1994 meta kienu nqalgħu mal-aħħar sittax.

L-iktar plejer importanti għalihom huwa bla dubju Osama Hawsawi ta’ Al-Hilal li lagħab 131 darba man-nazzjonal u skurja 7 gowls. Hawsawi huwa ukoll l-captain tal-Arabja Sawdija. Ta’ min jsemmi ukoll il-plejer ta’ Villareal b’self mingħand Al-Hilal, Salem Al-Dawsari li lagħab 28 logħba man-nazzjonal u skurja 3 gowls.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280