Għal darb’oħra se nkunu qed naraw lill-Urugwaj fit-Tazza tad-Dinja, rebbieħa fl-1930 u fl-1950. L-Urugwaj ġew fit-tieni post fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018, għaxar punti taħt il-Brażil.

L-Urugwaj huma mmexija minn Óscar Tabárez li ilu jmexxihom għal dawn l-aħħar 12-il sena, fejn huwa rebaħ biss il-Copa América fl-2011 wara li fit-Tazza tad-Dinja tal-2010 huma kienu tilfu fis-semifinali kontra l-Olanda. Fl-2014, l-Urugwaj inqalgħu mal-aħħar sittax kontra l-Kolombja ta’ James Rodríguez.

L-Urugwaj bħalissa jinsabu fis-17-il post tar-ranking FIFA u għal darba oĦra mistennija jkunu kompetittivi biex jagħtu sfida lil kull min jiġi kontrihom.

L-iktar plejer importanti għalihom huwa bla dubju Edinson Cavani, plejer ta’ PSG li għal darba oħra kellu kampjonat u kampanja taċ-Champions League eċċezzjonali. Cavani li għandu 31 sena skurja 42 gowl f’mitt logħba, 8 inqas mill-benjamin Luis Suarez li skurja 50 gowls f’97 logħba.

L-iżgħar plejer tal-Urugwaj huwa wkoll il-plejer ta’ Juventus, Rodrigo Bentancur, li fl-età ta’ 20 sena qed ikollu logħbiet tajbin ma’ Juventus kemm fl-Italja kif ukoll fl-Ewropa, fejn mistenni jkun wieħed mill-iktar plejers prospettivi fuq il-lista.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280