Id-difensur ta’ Juventus Leonardo Bonucci mill-ġdid fiċ-ċentru ta’ kontroversja wara li ġie ppublikat ritratt li fih jidher ras imb ras ma’ wieħed minn uliedu.
Fejn hu r-ritratt? Hu propju r-ritratt li qed jakkumpanja dan l-artiklu.
Tad-daħq hux? Fil-fatt din il-kontroversja ma teżistix u ħloqtha jien, bħala parti minn dan l-artiklu ta’ opinjoni. Imma minkejja li tinstema’ redikola, tixhed perfettament ir-raġunar tal-partitarji avversarji ta’ Juventus li vvintaw storja sħiħa għax minn filmat ħadu frazzjoni ta’ sekonda fejn Bonucci jidher qrib ħafna tar-referee. L-istess referee ċaħad li Bonucci qatt tah xi daqqa ta’ ras.
Bil-wiċċ tost kollu jqabblu dan l-epidodju ma’ dak ta’ Higuain, li għal minuta sħiħa poġġa jdejh fuq ir-referee, imbuttah minn sidru, avviċina b’rabja lill-avversarju u mbotta lil plejers ta’ Napoli stess u uffiċjali tal-istess klabb li ppruvaw irażżnuh.
Ħalli Kumment