It-tluq ta’ Paul Pogba jweġġa’, u jweġġa’ ħafna.
Nammetti li kont qed nistennieha xi ftit għalkemm fil-fond ta’ qalbi bdejt nispera li jibqa’. Allura tweġġa’ dik il-ħarira iżjed.
Iweġġa’ għaliex Allegri fil-programm ta’ Fabio Fazio qal li ħa jibqa’. Iweġġa’ għax kienu ddeskrivewh bħala inċedibbli. Iweġġa’ għax għadna mhux il-livell ta’ Muhammed Ali u Joe Frasier fuq livell Ewropew. Kull sajf bit-togħma qarsa. Kull sajf wara ikla tajba nagħlqu bil-limonċello.
Brejk. Ma rridux ninsew żewġ affarijiet. L-ewwel nett ġew plejers tajbin u stabbiliti; Higuaín, Pjanić u Alves fost l-oħrajn. It-tieni nett, għad baqa’ 22 jum sakemm jintemm is-suq.
Fi 22 jum jistgħu jiġru ħafna affarijiet. Nafdaw f’Marotta li għandu żewg prekuntratti lesti ma’ żewġ midfielders ta’ karatura internazzjonali. Kroos u James Rodriguez l-ewwel li jiġu f’moħħi.
Jekk il-bejgħ sar biss biex jiffinanzja lill-Pipita jew agħar minn hekk, biex isir qligħ minnu, mela din kienet operazzjoni diżastruża b’mentalità provinċjali.
Iżda kif għidt qabel, ma tistax iżżomm plejer milli jitlaq għax jilgħab ħażin u kontra qalbu. Ġejja somma enormi. U jaf ma joħroġx il-potenzjal kollu tiegħu.
Insomma, Paul Labile Pogba mhux Juventus FC. Imma din li tawh l-10 tirritani. Marketing biss u sfruttament. Aħjar irtirawh dakinhar li telaq Alessandro Del Piero.
Insomma. Nawguralu li jirbaħ il-lig u t-tazzi domestiċi. Imma daqshekk. Fl-Ewropa le, għax fl-Ewropa hemm aħna.
Merci et adieu Paul.
Ma naqbilx għal kollox ma Chardian. Naħseb li Pogba huwa player tajjeb ħafna imma ma nħossx li hu determinanti fir-rebħ, la fl-Italja u lanqas fl-Ewropa. Fl-Ewropa ma nirbħux għax għadna b’mentalita’ ta’ beżżiegħa, ta “m’aħniex kapaċi, ta “ejja nippruvaw ma nitilfux” u mhux “ejja nirbħu għax aħna aħjar”. L-istorja tal-Juve fl-Ewropa bdiet b’menefregiżmu xokkanti fis-snin ħamsin meta sofrejna telfiet umiljanti kontra timijiet inferjuri.U għal kobor ta’ timijiet li kellna żgur kellna nirbħu iżjed fl-Ewropa. U għadna, ħafna drabi, nsibu xkiel f’saqajna stess; jiġifieri fil-mod kif ninżlu għal-logħob. Nistieden lill-membri kollha jiflu sewwa l-mod li nilagħbu fl-Ewropa – difiża, telf ta ħin, tqassim fil-vojt. Meta l-Juve jridu jirbħu tassew u JATTAKKAW ma huma nferjuri għal ħadd.
Nifhem ukoll li f’kompetizzjonijiet diretti ta’knock out, jidħlu dejjem żewġ fatturi importanti ħafna – ix-xorti u l-kontroll tar-referee. Hawnhekk dejjem batejna ħafna.
Biex nerġa għal Pogba. Ma ninsewx li mhux player ta konsistenza assoluta. Player li kapaċi jagħmel differenza kbira fil-grawnd kemm b’mod positiv kif ukoll b’mod negativ. Juve għamlu sewwa ħafna tawh lill-Manchester United. FORZA JUVE.
Naqbel mieghek Joe. Fl-opinjoni tieghi xtaqt li pogba jibqa pero huwa player iehor mercenarju jaghmel ghal flus jew forsi induna li Juve fl-ewropa mhux se jirbhu kif ghidt inti Joe ghax jinzlu ghall-loghob b’mentalita negattiva?