Juventini, qed nindirizzakom bħala suldati tal-maltemp u tal-bnazzi. Suldati li bqajtu hemm wara dak iż-żmien iebes u kiefer. Suldati tat-telf u tar-rebħ. Suldati li għajejtu tirbħu!

Is-suq tat-trasferimenti. Uġigħ ta’ ras kbira għal kulħadd, biża’, eċitament, nervi, ferħ u dwejjaq. Jekk tħobb lil Juve taf xi jfisser ferħ u dwejjaq. Min jitlaq u min jasal, min jiffirma u min jippakkja, min jispikka u min jiddiżappunta, min protagonist u min telespettatur. Ħafna plejers jiċċaqalqu! Li jiċċaqlaq plejer minn ma’ Juventus mhux ħaġa kbira anzi ħaġa normali.

Telqu ħafna plejers minn ma’ Juventus, ħafna leġġendi, hafna stilel, ħafna plejers ta’ kalibru kbir.

Zidane, Henry, Inzaghi, Vieri, Zambrotta, Ibrahimović, Emerson, Cannavaro, Thuram, Davids, Baggio, Pirlo, Vidal. Wara li telqu dawn x’ġara? Juventus komplew jibnu u jissaħħu apparti ż-żmien iebes tas-Serie B. U jekk jitlaq Paul Pogba? Inħallu f’idejn l-alla tal-Juventini, Beppe Marotta. Mhux se nfallu żgur.

Miralem Pjanić, Dani Alves, Medhi Benatia u ieħor viċin ħafna, Marko Pjaca, li kollha ssieħbu ma’ Juventus. Diġà ħafna u għadu Lulju. Tgħaġġlux u agħtu ċans, u tkellmu mill-qalb mhux mill-moħħ.

Juventus META ŻARMAW ĠEBLA, BNEW BLATA!

dical-banner-1200×280