Edinson Cavani, Romelo Lukaku, Gonzalo Higuaín, Alexis Sánchez. Kollha plejers li l-futur tagħhom huwa daqsxejn inċert. Plejers regolari ħafna fl-iskwadra tagħhom li però xorta kollox jinsab inċert x’se jiġri.

Cavani, dubji kbar dwar it-tiġdid tal-kuntratt ma’ PSG wara t-tluq ta’ Zlatan Ibrahimović. Juventus jibqgħu jsegwu interessati.

Lukaku, żgur li ma’ Everton temm l-esperjenza u klabb ġdid se jkun żgur għal-Belġjan. Il-mistoqsija hija: Mino Raiola fejn se jieħdu?

Higuaín, ma’Juventus ftit impossibbli però wara t-trasferiment ta’ Pjanić, il-Juventini għandom jemmnu dejjem. Futur inċert ħafna għall-Arġentin. Juventus lesti joffru somma tajba għall-Pipita?

Sánchez, forsi bhalissa l-iktar li qed jissemma. Wenger ta’ Arsenal li jrid ibiddel l-iskwadra, iċ-Ċilen se jibqa’ ma jirbaħx unuri? Juventus interessati ħafna, lesti li jinnegozjaw.

Kollha ismijiet, ħrejjef, aħbarijiet? Il-Juventini jistaqsu, se jkun hemm dak it-trasferiment kbir f’din il-kampanja tat-trasferimenti? Marotta se jfaqqa’ bomba ohra?